Lemonhead Productions
_____________________________________________________________________________________________________


an amateur drama company with a professional approach - since 1999
 
Pinokkjo
September 2002

Insomma, ma setghetx tkun ahjar. Il-Juniors taw performance li gaghlet lil dawk kollha li huma parti minn Lemonhead ihossuhom kburin. L-atturi dehru kunfidenti fuq il-palk avolja fid-dressing room/container kienu qeghdin xi ftit jew wisq joqomsu bin-nervi. Meta tqis li ghal hafna minnhom din kienet l-ewwel darba li dehru quddiem udjenza prezenti, il-Juniors haqqhom prosit enormi.

Ix-xoghol iebes u d-devozzjoni li wrew waqt ir-rehearsals taw il-frott taghhom, ghax sewwa l-udjenza adulta kif ukoll it-tfal, baqghu iccassati. U mhix xi haga facli li jirnexxilek izzomm l-attenzjoni ta' tfal ta' tlieta u erba' snin ghal siegha shiha.

Sfortunatament, wahda mit-tlett performances kellha tkun ikkancellata minhabba temp ikrah li ma tfaccax. M'hemmx x'taghmel. Pero`, il-kwalita' u l-professjonalita` li dehru waqt iz-zewg performances l-ohra kienu ta' livell gholi hafna.

INTERVISTA MA' BRYAN MUSCAT

Ghalfejn Pinokkjo? X'hemm li laqtek fiha?

Meta ha taghmel xi haga ghat-tfal dejjem ghandek tipprova zzomm f'mohhok xi haga li hija adattata ghalihom. L-iktar stejjer li joghgbuni jiena huma fejn jidhlu l-fairies u dawn l-affarijiet. Meta kont zghir kienu joghgbuni hafna. Ma nafx illum il-gurnata kemm ghadhom jappellaw ghat-tfal pero` jekk taqbad l-istorja u tadattaha ghaz-zminijiet tal-lum, forsi jidentifikaw ruhhom maghha. Rigward kostumi, it-tfal ha jkunu liebsin normali hafna. Orrajt, ha jkun hemm il-fairy li ha jkollha kostum ghaliha, imma l-ohrajn se jilbsu hwejjeg normali. B'hekk l-udjenza tkun tista' tghid li din l-istorja setghet tigri illum ukoll. Hija fantasija pero` fiha wkoll hafna taghlim - per ezempju li persuna ghandha tkun kuragguza, leali, ma tigdibx.

Pinokkjo hija storja popolari hafna. X'tahseb li hi r-raguni ta' tant popolarita`?

Probabbilment, il-fatt li hemm taghlim daqshekk semplici imma fl-istess hin qawwi. Per ezempju li ma tigdibx huwa kuncett semplici pero` fl-istorja fih fattur importanti hafna ghax kull darba li Pinokkjo jigdeb naraw konsegwenza fizika - jikbirlu mniehru. U dik thalli impatt, specjalment fuq it-tfal. U anki fuq il-genituri, li juzaw l-istorja biex jekk it-tfal jigdbu jghidulhom li ha jigrilhom bhal Pinokkjo. Din izzomm l-istorja ta' Pinokkjo hajja minn generazzjoni ghal ohra.

Pinokkjo bhala karattru. Iddeskrivieh.

Immagina li kieku jiena flok twelidt wara disa` xhur tqala u qed niehu hafna esperjenzi as i go along, twelidt ta' ghaxar snin. Pinokkjo hekk gralu. Ma kellux build up imma gie tifel ta' ghaxar snin mill-ewwel. Orrajt, kumbinazzjoni kien jaf jitkellem u tghallem jimxi malajr. Pero` hemm hafna affarijiet li ghadu ma jafx: bhal x'inhu tajjeb, x'inhu hazin, ghaliex ghandek tmur l-iskola. Huwa tifel li qed jipprova jobdi pero` qed jobdi lil kulhadd ghax ma jafx x'ghandu jaghmel. Pinokkjo hu karattru ferriehi hafna li jipprova joghgob lil kulhadd, jipprova jaghmel it-tajjeb ma' kulhadd. Meta ma jirnexxilux ghax ma jafx jaghmel mod iehor. Ovvjament imbaghad ghandek l-innocenza tat-tfal, u li jippruvaw jghattu l-hazin li jaghmlu. Pinokkjo kien jigdeb biex jghatti xi haga hazina li ghamel, imma rrealizza li kienet hazina wara li kien ghamilha. Pinokkjo jipprova jaghmel it-tajjeb u kultant ma jirnexxilux jiehu d-decizjoni tajba. Fil-fatt anki jispicca jsalva lil missieru minn gol-baliena, fejn issogra hajtu biex ghamel hekk.

Fl-ahhar ta' l-istorja, Pinokkjo jsir tad-demm u l-laham. Ghidli fi ftit sekondi x'tahseb li gara wara.

Jien nahseb li Pinokkjo baqa` rikonoxxenti hafna ghal dak li gara pero` la sar tad-demm u l-laham, bhal kulhadd, kellu d-difetti tieghu hu ukoll.

Min hu l-karattru favorit tieghek fl-istorja. Ghalfejn?

Nahseb Gimini, ghax il-werzieq ghandu karattru cool. Jien nimmaginah gentleman Ingliz, imma ftit kiesah. Kiesah fis-sens li hu proud bih innifsu, jahseb li hu hafna iktar milli fil-verita` hu. Jipprova jinsa li hu werzieq avolja jghidilna hu stess li hu werzieq. Imma fl-istess hin jipprova jiehu x-xghira ta' uman. Ovvjament meta l-fairy ttih il-karattru tal-kuxjenza ta' Pinokkjo, jattwah sew. Lil Pinokkjo jghidlu "Taghmilx hekk ghax qed taghmel hazin." Pero` hekk kif Pinokkjo jiddeciedi li jaghmel ta' rasu, ma jibqax jinsisti ghax il-kuxjenza ma tibqax tippuxxjak fil-verita`. Thossha tghidlek li ha taghmel hazin imma mbaghad meta tiddeciedi il-kuxjenza tispicca. L-istess haga jaghmel Gimini.

L-iskript originali?

L-iskript ktibtu jiena. Huwa bbazat hafna fuq l-istorja, pero` hemm hafna affarijiet li hallejt barra ghax il-musical kellu jkun ta' siegha biss.

Kif inhuwa differenti mill-istorja originali ta' Collodi?

Aktar milli differenti, hemm xi affarijiet neqsin. Per ezempju qatt mhu se naraw lil Pinokkjo jmur l-iskola, mhux se naraw x'gara minn meta beda jsir hmar, mhux se narawh jintefa` l-bahar bil-gebla marbuta ma' saqajh u ma' saqajn siehbu. Pero` il-gist, dak li huwa importanti, kollu hemm qieghed.

Collodi juza elementi fantastici sabiex jghaddi messagg. Dawn l-elementi fantastici ha zzommhom fl-iscript?

Il-fatt li hu ta' l-injam u beda jiccaqlaq, diga` hemm element fantastiku f'dik is-sitwazzjoni. Il-fatt li spicca go baliena (ghalkemm mhux se narawha), dan l-episodju fih il-fantasija wkoll. Jigifieri se jkun hemm elementi fantastici imma mhux right through.

Hemm xi sorsi ohra, apparti l-ktieb, li influwenzaw il-kitba ta' l-iscript?

Huwa bbazat hafna fuq l-interpretazzjoni ta' Walt Disney, li din hija diga` differenti mill-ktieb. L-iskript huwa tahlita ta' x'niftakar mill-ktieb u x'niftakar milli rajt mill-produzzjoni ta' Walt Disney.

Anki l-muzika hija originali. U din mhix l-ewwel darba li qed tikteb musical. Xi thoss inti u tikteb musical?

Difficli tghid. L-iktar li nista' niddeskrivilek hija x'inhoss wara li nkun ktibt musical - meta nohrog mill-istudio inkun qisni gej minn pjaneta ohra. Imma jiddependi xi tkun qed taghmel. Meta nhares lejn musical bhal Pinokkjo, din hija esperjenza differenti minn per ezempju l-ahhar musical li kont ghamilt, is-Sette Giugno. Meta qed tikteb musical ghat-tfal il-lirika trid tkun aktar semplici, il-muzika trid tkun aktar light. L-ewwelnett biex it-tfal ikunu jistghu ikantaw ahjar. L-esperjenza taghhom bhala kantanti ma tkunx daqshekk vasta allura biex johorgu certu emozzjonijiet fil-kant espressiv ha jbatu. Is-suggett innifsu ma jridx ikun tqil biex il-lirika ma tkunx daqshekk tqila. Ovvjament, meta nkun qed nikteb musical, irrid nidhol fil-karattru ta' kull persunagg. Nipprova niehu l-mood mil-lirika li jkolli. F'dan il-kaz il-lirika ktibtha jien stess allura l-mood kienet diga hemmhekk.

L-approach ghal musical, kif inhu differenti minn meta tkun qed tikteb play ghat-teatru jew produzzjoni ghat-tv?

Meta se tigi biex tikteb drama ghat-television, normalment inti m'intix limitat, bhal ma inti fuq l-istage, li ma tistax tibdel hafna xeni. Allura ghandek aktar liberta` ta' x'taghmel u x'ma taghmilx. Plus tkun tista' teditja hafna iktar. Pero` dejjem trid izzomm f'mohhok il-budget li jkollok available ghaliex hawn Malta m'ghandniex xi budgets kbar. Jigifieri xorta ghandek certu limitazzjonijiet. Meta tkun qed tikteb ghat-television trid tkun konciz iktar minn meta tikteb ghat-teatru. Il-process huwa more or less l-istess: ghandek id-djalogu ghaddej, ghandek l-azzjoni li hija ghaddejja. Musical differenti. Jekk normalment xena bejn tnejn min-nies jitkellmu ha ddum minuta jew minuta u nofs, fi muscial l-istess xena bl-istess kliem se ddum tlett minuti-erbgha, ghax ghandek il-muzika u l-moviment. Jien nikteb sempliciment il-lirika, mhux se nikteb l-azzjoni li se ssir, ghax skond il-muzika irid isir il-moviment.

X'differenza hemm bejn li tikteb muzika u lirika ghal musical minn meta tkun qed tikkomponi muzika u kliem ghal kanzunetta ta' album?

Il-kuncett. Meta qed tikteb musical ghandek kuncett shih, mhux just kanzunetta. Ghandek karattri li qed jitkellmu ma' xulxin, li qed jirrelataw ma' xulxin. Meta qed tikteb kanzunetta ghal go album m'hemmx ghalfejn ikun hemm karattru qed ikanta jew jesprimi xi haga. Sempliciment l-artist qed jghid x'qed ihoss. Jista' jkun qed jirrakkonta storja, imma fi musical l-istorja qed issir dak il-hin. Ghandek djalogu, ghandek il-feelings, ghandek il-kliem li flok qed jinghad qed jigi kantat.

Ghandek continuation fil-kanzunetti - hemm x'gara qabel u hemm x'gara wara.

Ezatt. Ghalhekk huwa kuncett, trid tara mill-bidu sa l-ahhar x'se jigri. Ma tistax taqbad u tikteb minghajr ma tkunx taf x'se jigri fl-ahhar.

Qisu concept album.

Huwa concept album pero` bi djalogu. Concept album bhal The Wall, m'hemmx djalogu ongoing ghaddej.

Il-kast huwa kollu minn Lemonhead u saru auditions sabiex ittiehdu il-partijiet principali. Xi kwalitajiet kont qed tfittex fl-atturi waqt l-auditions?

Ghamilnilhom auditions fi tlett dipartimenti biex nghidu hekk. Kellhom jippreparaw xi haga li ghandha x'taqsam ma' acting, fejn tellghu sketch zghira; imbaghad muzika, billi kantaw xi haga; u moviment ma' muzika. Kont qed infittex tfal li kienu kapaci jghaqqdu t-tlett dipartimenti flimkien. Ovvjament mhux kulhadd se jeccella f'kull haga imma l-kast li ntaghzel huwa kapaci jaghmel dak li ghandna f'mohhna.

Din hija l-ewwel produzzjoni ta' Lemonhead li tinvolvi biss il-Juniors?

Iva.

Tfal biss ha jiehdu sehem?

Iva.

X'inhi d-differenza bejn li tidderiegi tfal u tidderiegi adulti?

Hi differenti fis-sens li l-adulti normalment tkellimhon u jkun bizzejjed biex jifhmu dak li trid. It-tfal hafna drabi trid turihom ukoll. Il-vantagg li ghandna fit-tfal taghna huwa li ga huma studenti ta' Lemonhead u ghandhom idea ta' x' jigifieri ssir karattru. Pero` kultant biex tibblokkja trid turihom xi jridu jaghmlu. Imbaghad jahdmu fuqha d-dar u l-karattru jgibuh maghhom. Mentri l-kbar, il-karattru jkun diga` qieghed maghhom. Dan sakemm jidrawk ukoll, ghax imbaghad once li jkunu jafu dak li trid jibdew jaghmluh ukoll. Tahdem mat-tfal u tahdem mal-kbar, it-tnejn ghandhom is-sabih taghhom.

X'etajiet ha jiehdu sehem fiha?

Bejn seba' snin u erbatax-il sena.

CAST & CREW

PINOKKJO Ian Gatt
GIMINI Wayne Grech
GEPPETTO Joeaby Vassallo
FAIRY Gabby Gauci
WOLF Abigail Borg
CAT Lisa Agius,
BONGO Roxanne Cole
RUFUS Chris Debattista
HBIEB Otis Zammit - Rendel Curmi -Chantelle Camilleri -Chris Scicluna
OHRJAN Mark Mifsud Tommasi - Darren Grech - Christine Saliba - Steve Axisa - Matthew Agius.

Props SARAH SPITERI
Music & Lyrics BRYAN MUSCAT
Coreography TRICIA FABRI
Asstistant Director ETHEL KAWKI
Direction BRYAN MUSCAT
Production LOUISE MUSCAT - BRYAN MUSCAT