Tracesland - Intervista: Sandro Vella

Illum kellna chat fuq l-MSN ma' Sandro Vella (lemonheadder), li qed jikteb, jiehu sehem u jidderigi Tracesland, drama gdid li se jibda jixxandar f'Ottubru 2009.

Kif bdiet l-idea ta' Tracesland?

Tracesland m'hijix idea. Idea hija xi haga gdida. Tracesland m'hijix xi haga gdida. Tracesland hija libertà ta' espressjoni u libertà ta' espressjoni ma tkunx gdida. Tkun gdida meta xi hadd tak dan id-dritt li jkollok dil-libertà. Xarabank ilu mitejn sena ghaddej u dejjem jghid li joffri xi haga gdida ghalkemm jaghmel l-istess programm fuq il-hares ghal ghoxrin darba f'xahrejn. Ghandhom ragun ta' Xarabank li dejjem jaghmlu xi haga gdida ghax huma jghidu li jaghtu l-opportunità li n-nies jitkellmu u din hija xi haga gdida, ghax inkredibbli l-mod kif il-libertà jtihilek programm televiziv bil-hinijiet tieghu u nterrott mit-telebejgh. Hawn nuqqas kbir ta' dan ir-rikonoxximent li ahna nies liberi bi dritt u mhux ghax dan id-dritt tahulek simili iehor.

Timmagina inti per ezempju “d-dnub tan-nisel”? Ghax il-genituri ghamlu s-sess biex gabuk fid-dinja, jghammdu t-tifel biex inehhulu l-mod kif gie mwieled li huwa meqjus bhalha dnub. Hekk saret il-libertà. Titwieled u biex titkellem irid jghammdek it-television jew xi poter simili.

Biex tittella' produzzjoni jkun hemm origini ghaliha... dik l-idea li qed nitkellem fuqha.

L-izvilupp ta' din l-idea bdiet li kien hemm 2 minn nies li riedu jaghmlu xi haga differenti fuq it-television lokali. Qraw il-blog tieghi u cempluli u ghedtilhom li jiena ghat-television ma rrid naghmel xejn. U minn hemm bdejt naghmel. Talbuni li jridu jaraw drama differenti. Differenti minn x'hiex? Saqsejthom jien. Differenti qaluli. Allura kelli noqghod nara d-dramas kollha ta' Malta biex nara x'riedu differenti. Imbaghad nahseb indunajt li hemm xi haga li fid-drama tista' taghmel differenti. Tirrakkonta l-verità. Imma biex tirrakkonta l-verità, 2 minn nies bhalha produtturi ma kinux bizzejjed u jiena zidt tnejn ohra fil-lista u ghaqdu t-team bejniethom ta' rollDdice ( www.rollDdice.com ) u jiena wkoll qieghed producer imma ghal rasi biex inkun nista' naghmel li rrid.

Ovvjament inti ridt tibbaza l-kitba tieghek fuq veritajiet... veritajiet ta' li graw f'hajtek u madwarek... jew esperjenzi ta' haddiehor... jew tahlita?

L-ovvju huwa astratt. Li mmur niffilmja go post u nara ragel anzjan qalb bard kbir bil-flokk ta' taht, itemma' l-gazaza b'mod vjolenti lit-tarbija u joffendiha bid-duluri ghax qeghda tibki u li waqt li nkun qed niffilmja nara karozza b'tieqa miftuha b'pakkett droga go fiha fuq is-seat u ragel, mhux propjetarju tal-karozza, ihares bl-ikrah lejja mill-boghod ghax jahseb li qed niffilmjah u ma jistax imur jigborha nahseb li hija l-ghajn tieghi lejn dawn l-istejjer. Ma nsejhilix esperjenza ghax qatt ma tista' tkun espert fuq il-verità, ghax il-verità dejjem tinbidel. Inkredibbli kif tinbidel, imma tinbidel. Hu mill-madonna per ezempju, f'elfejn sena spiccat bil-hajta lura.

Malèna ta' Giuseppe Tornatore jirrakkonta esperjenza ta' tifel li qed jara l-esperjenza ta' mara armla fit-tieni gwerra dinjija. Jiena dak it-tifel.

Kellek x'taqsam mal-Casting ta' dan il-progett?

L-ewwel sitt episodji nofs il-cast maghzul minni. Mis-seba' il-quddiem kollu minni, bil-kundizzjoni li ma jarawx flus. Mhux ma jarawx flus biss. Imma ma jarawx flus. Il-cast li naghzel jiena hemm dik il-kundizzjoni. Il-faqar huwa parti mit-talent ta' artist. Fellini ta demmu fis-sens metaforiku u Tarantino ta demmu fis-sens prattiku biex ghamel xi haga. Il-Bonacijiet tawna l-ITV.

Tahseb li l-esperjenza tieghek f'Lemonhead ghenitek f'dan il-progett, b'xi mod?

Id-dispjacir kbir li ghandi huwa li jekk Lemonhead taghmel produzzjoni ohra fis-sena u nofs li jmiss, jiena ma nkunx nista' nippartecipa habba dan il-progett. Biss, jekk matul dan il-perjodu ikun hemm il-hsieb li tittella' “Il-Manifest tal-Killer”, nitlaq kollox minn idejja.

Lemonhead kompla jsahhah fija d-dixxiplina, il-puntwalita', l-istil tieghi li nemmen fih jien u qed nipprova nitrasmettih lil haddiehor. Hawn problema serja fuq dawn l-elementi bazi li per ezempju bniedem jigi fil-hin. Teknikament qatt m'ghamilt television ma' Lemonhead imma jiena nemmen li t-teatru huwa c-cinema ta' l-istorja tigi rakkontatha.

Taht Bryan Muscat tghallimt haga mportanti. Din naraha f'Pupi Avati. Li storja tista' tigi rrakkuntatha f'kull stil. Minn naha teknika din tghallimtha zgur minn Lemonhead.

L-istil u li tkun dejjem differenti huwa s-sigriet ta' kollox u l-importanti li kulhadd jifhmek. Il-lingwagg li jrid jintuza fil-kitba ma jridx ikun taghlim tal-Malti u fejn tkun l-ghajn u l-hakka imma l-lingwagg irid ikun dak li l-poplu qieghed johloq.

Lemonhead kienet il-prova cara li script ghandu jikkomunika mal-poplu biex il-poplu jirnexxielu mhux biss jifhem, imma jikkomunika ma' l-iscript.

Issa qed tidderiegi wkoll... kitba, acting u direzzjoni... ghal qalbek? jew mhux ghazla tieghek?

La l-kitba, la l-acting u l-anqas id-direzzjoni ma huma ghazla tieghi. M'inix kittieb. M'inix attur artistiku. M'inix direttur la artistiku u wisq anqas tekniku. L-anqas naf x'inhi d-differenza bejn redhead u blackhead. Hija biss l-unika haga li naf naghmel, li ma nafx naghmilha. Qed inhossni Faniello meta jkanta u nisthajjilni Piano jibni t-Teatru Rjal. Ghal qalbi hafna. Ghax qabel kien ikolli mmur il-quddies biex isservini bhalha harga mal-hbieb u issa qed immur filming. Hafna ahjar il-filming, ghax hemmhekk il-bullshit ikun esklussivament tieghi.

X'tista' tghidilna fuq l-istory line ta' Tracesland?

L-istorja ta' Tracesland fiha messagg qawwi. Il-messagg huwa li Tracesland huwa rizultat tal-messaggi li qed iwasslu n-nies. Tracesland mhuwiex messagg lit-telespettaturi imma huwa messagg ghal dawk li qeghdin taparsi fil-poter. Importanti pero' li t-telespettaturi jarawh dan il-messagg taghhom, mhux biss biex ikunu certi li l-messagg taghhom qed jasal sew imma biex ir-riklami ma jabbandunawnix. Tracesland tispjega storja ta' nies li ndunaw li l-poter qieghed f'idejhom u mhux minn min eleggew.

X'kienet i reazzjoni tieghek meta sirt taf li Tracesland mhux se jibda f'Jannar imam f'Ottubru 2009?

L-istess reazzjoni ta' meta l-progett tal-pond ta' Manwel Dimech ittardja b'sena u nofs. Tajba hafna. Kelli skuza biex immur tard ghax-xoghol. Ruth Vella qaltli: ghandi ahbar hazina Sandro. X'inhi? Tracesland se jidher f'Ottubru. Ghedtilha jiddispjacini Ruth li hadtha daqsek bi kbira. Qaltli li hi ma haditix bi kbira, imma li kienet ahbar hazina ghalija. Ferhan hafna li ONE Television fl-ahhar fetah mohhu, zgur bis-sahha ta' Mark Doneo, li d-drama ghanda tibda tigi ffilmjata mill-inqas sena u nofs qabel. Ferhan hafna li din l-affari izzanznet meta kien hemm jien. Hemm bzonn tinkiteb fl-istorja ta' Malta u li jissemma ismi. Hemm bzonn li l-istazzjon nazzjonali jiehu dan l-ezempju minn ONE Television u mhux f'Awissu jtik risposta li f'Settembru se tibda tigi trasmess.

Ma tahsibx li kienet tkun ta ghajnuna akbar kieku id-decizjoni mill-istazzjoni kienet tittiehed mill-bidu u mhux f'nofs ix-xoghol?

L-istazzjon ma seta qatt jiehu din id-decizjoni mill-bidu. Ma kienx ghadu fehem mija fil-mija li d-drama hija differenti mill-kamra ta' l-ahbarijiet u minn Sejjahtli. Ma tistax tbiddel mentalita' f'sekonda. Ratzinger biss jirnexxielu jnehhi l-limbu u l-purgatorju f'temp ta' Angelus. Tracesland ghalhekk qeghda hemmhekk biex tbiddel l-affarijiet ghall-ahjar. Imma hadd ma qal li hi facli peress li jiena ma nilbiss bhal ma jilbsu t-transvestiti.

Grazzi...

HOME
LEMONHEADS
TRACESLAND
INTERVIEW - SANDRO VELLA

 

 

 

 

www.lemonhead.com.mt