AMEN - Mark Doneo

Minn fejn bdiet l-imhabba ghad-drama u x'ghamilt biex zviluppajtha?

Id-drama minn eta' zghira hafna kienet ghal qalbi pero' mhux fil-forma li napprezzha llum.
Propjament bdejt il-karriera bhala kantant ma' rock grupp.  Minn hemmekk bdejt niehu sehem f'musicals ghat-teatru.  Dan gabni wicc imb'wicc mal-palk u dak kollu relatat mieghu.  Bhal ma jaf kull min iccappas b'xi mod mat-teatru, dan huwa addittiv.  Qatt ma kelli xeba' minnu!  Peress li kont ninghata partijiet principali f'musicals prominenti, hassejt il-bzonn li nistudja l-arti tar-‘rectar' ferm aktar bis-serjeta'.

Hadt sehem f'diversi produzzjonijiet teatrali… liema kienet l-aktar wahda ghal qalbek, u ghaliex?

Difficli din, pero' kieku kelli naghzel….naghzel ‘Scrooge' mal-Kumpanija Teatru Rjal ta' Pawlu Testa u ‘Evita' mal-ActReact ta' Ray Mangion.
Scrooge minhabba l-cast ferriehi li konna (li kien jinkludi lil mibki habib tieghi Mario Ellul) u naturalment il-karattru li kelli (Fatat tal-Prezent) kien wiehed mill-aktar karattri memorabbli li qatt ghamilt u f'Evita, kellna wahda mill-akbar Orkestri u cast li qatt kantajt maghhom u anke il-karattru li interpretajt (Magaldi) kienet parti difficli u ghal qalbi mmens.

Fit-teatru hdimt taht diversi diretturi, imma fuq it-TV spiccajt tidderigi int. Ghaliex?

Dejjem ghidt li spiccajt nidderiegi jien minhabba neccessita' li nqalghet propju f'dak iz-zmien.  Din hija l-verita'. Qatt ma fittixt li nkun direttur. Specjalment fil-bidu tal-karriera televiziva tieghi!  Imma gara li meta konna bilkemm iffilmjajna nofs it-tieni sensiela ta' Shelly Rayner (2001), kien marad id-direttur (Tony Parnis). Gejt iffaccjat bid-dilemma li l-produzzjoni kien se jkollha tieqaf ghal xi xhur…jekk ma nkomplix niehu hsieb jien.
Naturalment, hekk ghamilt.

X'kien li hajrek tibda TV?

Bhal hafna affarijiet f'hajti, it-televizjoni ma kienitx ghazla awtomatika tieghi.  Fil-verita', ma tantx kienet ghal qalbi x-xena televiziva Maltija dak iz-zmien (fejn jidhlu sensiliet drammatici lokali) u kont nirrifjuta diversi partijiet, daqqa ghal haga u daqqa ghal ohra.  L-iscript l-ewwel li kien jehel ma' rasi.  Specjalment id-djalogu.  Id-diretturi tradizzjonali tat-televizjoni kellhom qalbhom marbuta wisq mal-kelma miktuba, specjalment jekk ikunu kitbuh huma, allura kont noqghod hafna lura biex ma niksirha ma' hadd.  Imma gara li Louise kienet qed tiehu sehem f'sensiela lokali u wara xi xhar u nofs filming irtiralhom l-attur principali.  Ironikament kont diga' irrifjutajtha din l-istess parti imma meta cempilli l-producer (Dominic Said) kwazi ddisprat li kellu jerga' jibda mill-bidu, sabiex nerga' nikkonsidra li naghmel din il-parti (b'xi aggustamenti!), allura accettajt.  L-esperjenza kienet pozittiva hafna u nahseb li kien f'dak iz-zmien li twieldet fija il-hajra li nibda nikteb u nipproduci ghat-televizjoni minflok ma noqghod nistenna li jigi script ghal qalbi.  Incidentalment u ironikament dik il-produzzjoni ta' Dominic Said kienet il-famuza ‘Mandraggara' u bdiet tintwera' fuq il-PBS sentejn wara li spiccajna l-filming taghha…fl-istess zmien ezatt li bdiet tintwera' ‘Shelly Rayner' tieghi fuq Super ONE TV!

Kieku jkollok cans tiehu sehem fi produzzjoni teatrali tithajjar?

Iva. Bla dubju.  Ghadni qed nistenna xi nofs ras jaghtini script u parti li thajjarni u ninzerta bi ftit hin f'idi (!!!) Imma, iva.  Ghandi seba' mitt sena (bhal Miriana!)

Miriana Coljero' huwa probabilment l-aqwa xoghol li ghamilt s'issa. Ghaliex kien daqshekk qasir?

Qasir? Shelly kien twil hames episodji biss.  DAK kien qasir. U hafna ghadhom iqisu li DAK kien l-ahjar xoghol tieghi! Fil-verita', nirrifjuta li nikteb aktar minn tlettax-il episodju. Ghal zewg ragunijiet.  L-ewwel raguni hija ghax inhoss li kull produzzjoni li hija itwal minn daqsekk hija essenzjalment twila zzejjed.  Ma nahsibx li se jiehu ghalih xi hadd meta nghid li rajna ghexieren ta' produzzjonijiet tajbin imgebbda b'mod esagerat.  Stejjer tajbin mimlija xeni ta' diskors li ma jispicca qatt jew aghar, miktuba kompletament ghalxejn hlief biex is-sensiela titwal u nimlew l-iskedi taghna.  Pastazata. Hadd fid-dinja ma jaghmilha hlief ahna.  Produzzjonijiet barranin (serji) jekk ikunu iridu li s-sensiela itwal minn seba' episodji, jimpjegaw diversi kittieba biex jassistu l-awtur originali fil-krejazzjoni tieghu.  Hawn Malta ftit difficli, nammetti.  Pero' bdejna ukoll.  Ghandi fiducja li jekk l-awturi jibdew jikkolaboraw m'awturi ohra, imqar studenti jew novizzi, allura hemm cans li ‘l quddiem nibdew insegwu sensiliet lokali itwal minghajr ma tmut bil-piena tistenna li jigri xi haga.

U t-tieni raguni…?  Ghidt li ghandek zewg ragunijiet ghalfejn ma tiktibx aktar minn tlettax.

Bilhaqq…it-tieni raguni hi li nippreferi li kull meta ninghata l-opportunita', nohloq xi haga gdida.  Ghandi hafna stejjer u idejat li nixtieq naghmel u naf diga' li mhux se nilhaq naghmel kollox fil-ftit zmien li baqghali.

Hafna nies li hadmu fil-produzzjonijiet tieghek dejjem sabu kliem ta' tifhir ghalik… temmen li jghidu fuqek, jew tahseb li qed ikunu nice ?

Nipprova kemm niflah nittratta lil atturi tieghi bil-mod li nkun nixtieq li nigi ttrattat jien.  Nipprova kemm niflah nohloq l-ahjar ambjent ghalihom ghax nemmen li hekk biss jistghu jaghtuk l-ahjar xoghol taghhom.  Allura niehu gost nahseb li nofs il-kliem li jghidu ikun il-verita'.  In-nofs l-iehor kollu xemgha.

Did-darba iddecidejt tiehu sehem taht direzzjoni ta' haddiehor u fi produzzjoni ta' haddiehor. Tahseb li se tkun problema tahdem taht Bryan ?

Xejn.  Fil-verita' ma nsib diffikulta' nahdem ma' hadd, specjalment ma' nies li jhobbu l-industrija bhali jew aktar minni u li jafu x'inhuma jaghmlu.  Kont jien li tajt propju din l-opportunita' lil Bryan (biex jidderiegi) u naturalment, hemm raguni ghalfejn.

Kemm tafu lil Bryan ?

Lil Bryan ili nafu kwazi ghoxrin sena (mill-1990).  Prattikament il-hajja teatrali tieghi ghextha mieghu u zviluppajt bis-sahha tieghu.  Wiehed mill-ewwel ghalliema u diretturi tat-teatru tieghi.  Meta nhares lura nirrejalizza kemm stinkajna flimkien (fit-teatru), generalment jien bhala attur u hu jidderiegi u kemm infridna kiesah u biered meta bdejna fit-televizjoni.

Bryan Muscat ghandu esperjenza vasta fil-qasam tat-teatru. Imma ftit rajnih fuq it-TV bhala attur. Kellu parti principali f'nru 9, u parti zghira f'Miriana. Ghaliex tahseb li baqa daqshekk il-boghod mit-TV?

Il-verita' Bryan biss jaf x'inhi…imma nissuspetta li ghal diversi snin inqabad fix-xibka li jipproduci bla nifs programmi tat-tfal u l-kumpanija teatrali tieghu (LemonHead) u ma tantx kien jifdallu hin ghal affarijiet ohra.  Naf fic-cert ukoll li huwa qanzha fejn jidhlu scripts u antipatku biex jaghzel fejn jinvesti il-hin tieghu.

Ghaliex iddecidejt li tiehu sehem f'Amen?

Oghgbitni l-idea tal-istorja bizzejjed biex inressaqha lejn l-istazzjon tieghi biex jikkunsidrawha ghall-iskeda li jmiss.
Imma thajjart niehu sehem bhala attur ghas-semplici raguni li kien hemm karattru partikulari fl-istorja li fuq il-karta oghgobni hafna.  Filfatt Bryan offrieli wahda mill-partijiet principali l-ohra u ghidtlu li jekk m'ghandux oggezzjoni nippreferi din.

Inti kont parti mill-grupp li fforma Bryan biex tigi zviluppata l-istorja. X'kienet l-esperjenza tieghek f'dak il-grupp?

Iva.  Bryan kien ghadu kemm nieda kors ta' script writing u deher entuzjast bil-livell ta' xi studenti tieghu.  Issuggerejtlu minnufih biex japprofitta mis-sitwazzjoni u jorganizza dawn iz-zaghzagh fi grupp zghir u nibdew ftit brainstorming fuq l-istorja u t-temi principali t'Amen.  Bdena l-ewwel minn sensiela ta' script conferencing, fejn Bryan kien imexxi d-diskussjoni u ahna (inkluz Noel Tanti – li qed jikteb l-iscreenplay) konna nikkontribwixxu l-ideat taghna.  L-istorja inghaqdet fi ftit gimghat.  Noel beda jikteb l-iscripts u Bryan beda l-pre production.

X'tista' tghidilna dwar il-karattru tieghek, u x'jismu?

Il-karattru li ser ninterpreta' jismu Neville Spiteri.  Sfortunatament ma nistax nghid wisq fuqu ghax hemm certi sigrieti marbutin mal-ghemil ta' dan Neville.
Imma nista' nghid li huwa dipendenti mid-droga.  Mhux b'mod normali kif nafuh ahna imma juza d-droga biex itaffi ugieh kbir f'idejh ix-xellugija li ma jafx minn fejn hi gejja.  Jaf li jekk jabbuza minn xi sustanza, l-ugieh itaffi…kultant imur.  Imma biex imur ghal kollox Neville huwa kostrett jaghmel hwejjeg kontra qalbu.  Hwejjeg mhux normali…hziena hafna!
Huwa bniedem stramb li jghix wahdu.  Marbutin mieghu hemm erba' protagonisti ohra li l-hajja taghhom se tinbidel minhabba l-ghemil ta' Neville. Ghadhom ma jafux u kif se jsiru jafu, mhux se jkunu jridu r-responsabilita'.  Imma f'idejhom hemm id-destin ta' mijiet ta' hajjiet Maltin!

Ghadda kwazi xahar filming. Kif hassejtek? Ridt tiehu over, jew hassejt li x-xoghol kien sejjer tajjeb?

Niehu over?  Le, ma tarax.  Jiena ‘control freak' veru u kultant bdejt insibni stramb in-naha l-ohra tal-camera.  Dawn it-tlett gimghat qattajthom nassisti lil Bryan f'dak kollu li kellu bzonn u uzajt il-ftit esperjenza li ghandi ghal vantagg komplet tieghu.  Ridt naghmlu komdu kemm jista' jkun ghax inhoss responsabilita' lejn il-produzzjoni u nixtiequ (lil Bryan ) jirnexxi bhala direttur akkost ta' kollox. Wara kollox, l-istazzjon ghalaq ghajnejh u accetta li jvara ‘in house drama production' kbira b'direttur ‘gdid' sempliciment fuq il-kelma tieghi.  Nistqarr li kien hemm xi zewg mumenti fejn gdimt ilsieni qabel stajt nghid ‘Action' jew ‘Cut' (nahseb fil-verita' harbitli xi darba!) imma Bryan qieghed fl-element perfett tieghu, jaf ezatt x'inhu jaghmel, ghandu crew tajjeb mieghu u x-xoghol miexi harir. 

Ghaliex ghandhom jaraw Amen in-nies (apparti li ghax hemm int fih)?

Hemm hafna ragunijiet ghalfejn it-telespettaturi m'ghandhomx jitilfu Amen din is-sena.  U nixtiequ inhajjru lil dawk li mhux normali jaraw id-drama lokali ukoll. Amen ghandu storja specjali.  Mhux tas-soltu.  Lokalment ghadna qatt ma missejna suggett bhal dan (religjon, infanticidju).  Hemm l-ingredjenti kollha li taghmel drama tajba.  Storja intelligenti li zzommok, misteru, karattri ta' veru li jzommuk interessat fihom, cast kompetenti u produzzjoni serja li ma titmejjilx bl-intelligenza tal-udjenza taghha.

HOME
AMEN
INTERVIEW - BRYAN MUSCAT
INTERVIEW - MARK DONEO

 

 

 

 

 

www.lemonhead.com.mt