|

Kemm ilek involut fid-drama?
Minn meta kelli hames snin. Kont ghamilt il-parti ta' Marcellino fid-dramm Marcellino Pane e Vino. Imbaghad kont norganizza plays qosra ma' shabi, fis-sajf f'xi parapett Bugibba. Imbaghad sifirt l-Ingilterra u ghamilt 4 snin nistudja t-teatru. Hadt sehem f'diversi produzzjonijiet teatrali… liema kienet l-aktar wahda ghal qalbek, u ghaliex?
Ghandi hafna ghal qalbi. Huwa rari hafna li niehu sehem fi produzzjoni u ma tkunx ghal qalbi, ghas-semplici fatt li niehu sehem biss jekk jghogobni l-iscript. Kieku kelli naghzel, naghzel tnejn… mhux wahda. Gurija Rrabjata u Bar Macbeth. Gurija kienet produzzjoni iebsa hafna, bi tnax-il attur fuq l-istage mill-bidu sa' l-ahhar tal-play bla break ta' xejn, u l-iscript kien b'sahhtu hafna. Jien kelli karattru sabih, kien l-uniku gurat li vvota li l-akkuzat mhux hati u bil-mod il-mod irnexxielu jdawwar l-opinjoni tal-hdax l-ohra. F'Bar Macbeth ghogobni s-setting tal-produzzjoni… Macbeth fi Strada Stretta l-Belt, fil-hamsinijiet… tipo gangsters u hekk. Kont Macbeth. Fuq it-TV ma' tantx rajnik bhala attur, ghaliex?
Antipatku hafna fuq l-iscripts. Jekk ma jghogobnix, ma niehux sehem. L-unika tnejn minn nies li hdimt maghhom kienu Mark Warner u Mark Doneo. U dan ghaliex l-iscripts huma tajbin. Ma' Mark Warner hdimt f'Numru 9, l-ewwel season biss. Ma' Doneo issa kelli Miriana Coljero'. Xtaqt u kelli l-opportunita' li nahdem ma Doneo, mill-bidu nett… sfortunatament f'dak iz-zmien kont okkupat b'affarijiet ohra u ma stajtx nikkommetti ruhi ma' Mark. 
X'kien li hajrek tibda TV? Huwa stil differenti mit-teatru. Teknika differenti. Xoghol sabih u li jiehu l-hin. Tista tesperimenta hafna ukoll, u tara kif se jirnexxielek tohrog dak li trid u l-mood li trid, fil-mumenti qosra li jkollok ma' l-atturi. Hija challenge. S'issa qed niehu pjacir hafna. Il-fatt li bdejt TV, dan ifisser li se tieqaf mit-teatru?
Qatt. It-teatru huwa sabih immens. Filfatt bhalissa ghaddej bi produzzjoni teatrali ukoll, il-Manifest tal-Killer, li ukoll se tittella f'Ottubru li gej.
Kif qed thoss li qed tmur mall-cast u l-crew ta' Amen?
Tajjeb hafna! Il-problema hi x'qed ihossu huma. Nispera li qed jiehdu gost bhal ma qed niehu jien. Li hu zgur hu li kulhadd qed jigi ppreparat vera tajjeb. Hela ta' hin mhux qed ikun hemm. Ftit drabi jkolli nikkoregi xi affarijiet. Qed inhoss atmosfera sabiha hafna… anke l-crew. Dedikati immens u tajbin hafna.
Thossok intimidat li tkun qed tidderigi nies bhal Mark Doneo u Godwin Scerri?
Le. Lanqas xejn. Mhumiex primadonni… lanqas xejn. It-tnejn li huma. Ifhimni, lil Mark ilni nafu dsatax-il sena, u kieku jigi bin-nejk intih tnejn go rasu (jidhak). Mark huwa bniedem umli hafna. Dejjem lest li jghin imma b'sincerita' u mhux bi qziez. Bhala direzzjoni fuq it-TV ovvjament ghandu esperjenza akbar minn tieghi, allura jien napprezza hafna l-input tieghu. Qatt ma jisforza l-opinjoni tieghu, imma dejjem tahieli meta tlabtielu jew kien hemm il-bzonn. Minn naha l-ohra Godwin huwa attur kbir, b'attitudni professjonali ghall-ahhar. Jaf x'qed jaghmel il-hin kollu, ftit ghandu bzonn direzzjoni, imma dejjem laqa l-kummenti li tajtu bi spirtu tajjeb hafna. Jigifieri tafu sew lil Mark Doneo?
Hafna. Kif ghedtlek ilna nafu ‘l xulxin dsatax-il sena. Iltqajna fi musical, insejt x'kien jisimha, imma mill-ewwel iklikkjajna. Konna (u probabbli ghadna) qiesni zewg boloh, nittantaw ix-xemx ghaddejja. Hadna sehem f'diversi produzzjonijiet flimkien, ma' Pawlu Testa. Meta kont bdejt il-courses tad-drama hu u Louise kienu t-tnejn studenti tieghi… imma ftit kelli x'nghallimhom. Kif bdiet l-idea ta' Amen?
Ilha tberrhen f'mohhi ghal dawn l-ahhar snin. Kont qrajt ktieb tajjeb hafna miktub minn hames ezorcisti. Kien hemm l-esperjenzi taghhom u t-tip ta' possessjonijiet differenti li jezistu. Ghalkemm kont nitwahhax u norqod ftit bil-lejl, xorta bqajt naqrah ghax affaxxinanti. Xtaqt naghmel xi haga fuq it-TV b'dik it-tema. L-idea bdiet xi tmien snin ilu. Imma imbaghad, minhabba impenji ohra qatt ma hdimt fuqha. Sentejn ilu bdejt nahseb fuq il-progett mill-gdid. Ghamilt team u bdejna nohorgu bl-ideat… eventwalment tkellimt ma' Mark Doneo, u issa l-idea zviluppat f'Amen. Apparti li qed tipproduci u tidderiegi Amen, qed tiehu sehem ukoll, f'parti principali. X'tista' tghidilna dwar il-karattru tieghek, u x'jismu?
Il-karattru tieghi huwa l-Ispettur Raphael Agius. Ghalkemm f'Miriana ukoll kont spettur, dan il-karattru huwa totalment differenti. F'wiehed kont ftit salvagg u hamallu, f'din kwiet, kalm, irid kollox kif suppost, l-affarijiet f'posthom, gentlom. Insomma, bniedem tajjeb hafna… s'issa ghallinqas… Mela se jinbidel maz-zmien?
Trid tarah biex tiskopri (jidhak). Ghaddew xahrejn minn meta bdejt il-filming. Kif tahseb li sejjer ix-xoghol?
Inhoss li qbadna ritmu tajjeb. L-ewwel erba' episodji lestejnihom xi gimghatejn ilu, issa bdejna nahdmu fuq Episodji 5 sa' 8. Qed nispera li jkollna tmienja lesti qabel jixxandar l-ewwel episodju.
Ghaliex ghandhom jaraw Amen in-nies (apparti li ghax hemm int fih)?
Nahseb li l-idea ta' l-istorja (mhux ghax tieghi) hija originali u ghandha tattira l-attenzjoni tan-nies. Il-karattri involuti huma b'sahhithom u ghandhom storja tajba ukoll. M'hemmx l-intricci tas-soltu fih, imma hemm arja ftit gdida. Hemm cast tajjeb hafna, u crew tajjeb hafna ukoll. Camera,design, editing, graphics… in-nies li qed jahdmu fuq Amen qed jaghmlu bicca xoghol verament tajba. |